Sekonda Qabel Tqum
Heading 3
Edizzjoni Skarta
Publisher notes
"Il-poeżija intima u metaforika ta’ Claudia Gauci tinnegozja kontinwament mal-memorja: mhux biss terfa’ x-xeni mit-tfulija tagħha biex tippreserva u tikkultiva l-mumenti ma’ missierha iżda anki tqanqal jew toħloq konxjament memorji inqas feliċi biex bħallikieku tissaffa minn esperjenzi li weġġgħuha profondament. Il-memorja individwali u kollettiva, kif jgħid Umberto Eco, għandha l-funzjoni li tippreserva ċerta informazzjoni imma fl-istess ħin twarrab dik l-informazzjoni li ma neħtiġux u li kapaċi xxekklilna moħħna. Claudia Gauci ma tużax il-memorja, il-poeżija, biex tikkanċella dak li ma jogħġobhiex: tużaha biex tiffaċċja l-istorja li tiffurmaha, biex tibni fuqha. [...]Il-poeżija ta’ Claudia Gauci tħallem lill-qarrejja tagħha, tixgħelilhom għajnejhom bil-kulur u l-intensità emozzjonali tagħha, imma tankrahom ukoll mal-art iebsa, sikwit solitarja tat-tiġrib uman bl-istess intensità estetika, bis-sensi u bil-metafora, u speċjalment bis-sinestesija, iż-żwieġ dinamiku, skontruż ta’ bejniethom. Hija wkoll il-poeżija tal-ħoss mhux anonimu, tal-konsonanti li jridu jinstemgħu bis-saħħa, li ma jridux jinbelgħu minn forom jew ritmi prevedibbli jew magħrufa, ħsejjes konsonantali li jridu jaffermaw l-identità u s-sehem tagħhom, bħalma tagħmel il-poetessa li b’dawn il-poeżija sikwit tqal u malinkoniċi, kultant anki profondament imnikkta, tistqarr il-libertà l-ġdida tagħha bħala kreatriċi tas-sabiħ." - Adrian Grima
Details
Author
Publisher
Edizzjoni Skarta
Year
Pages
ISBN
9789995703325
Genre
Poetry