top of page
Edizzjoni ġdida ta’L-Iblehta’ Ġużè Orlando, rumanz klassiku Malti maħruġ għall-ewwel darba fl-1948 li kien ilu għal xi żmien barra mill-istampa. L-aħħar edizzjoni kienet ħarġet fl-1985 bi studju ta’ Oliver Friggieri, li qed jiġi riprodott f’din l-aħħar edizzjoni, flimikien ma’ studju ġdid ta’ Mark Vella. Il-ktieb sar bl-għajnuna tal-Fond għall-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li fetaħ fergħa ġdida tal-fond għall-pubblikazzjoni mill-ġdid tal-klassiċi Maltin.Bi proġett grafiku ta’ Luca Cauchi li jerġa’ jżur il-qoxra oriġinali b’disinn tal-karikaturista ċelebri Alfred Gerada,L-Iblehqed jerġa’ jiġi ppreżentat fi produzzjoni aħjar u xierqa għal żmienna, fejn jista’ jiġi introdott lil udjenzi ġodda kif ukoll f’edizzjoni ġdida u aġġornata għal min ġa jaf ir-rumanz. Xogħol li bosta jafuh u jitkellmu dwaru u li kien paradossalment nieqes mill-ixkafef għal tant żmien jerġa’ jieħu l-ħajja u jxandar l-innovazzjonijiet introdotti minn Orlando, fosthom in-narrazzjoni fl-ewwel persuna u idea ta’ karattru anti-erojku li wittiet it-triq, flimkiena ma’ xogħlijiet realisti oħra, għall-qċaċet milħuqa mill-moderniżmu.L-Iblehjibqa’ dokument storiku-letterarju importanti, xhieda tal-attività letterarja ta’ żmienu, iżda anki kumment inċisiv u dejjem attwali dwar il-politika u anki dwar l-individwu li jittanta jaħrab mill-ħsieb dominanti tal-kotra aljenata.

L-Ibleh

SKU: 9789993217725
€15.00Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Ġuże Orlando


You might also be interested in reading ...

Please take a few seconds to read our terms of purchase We are a small indie bookshop with a small team of two people. Orders may thus take longer than from bigger online suppliers. Please allow a minimum of 15 to 20 working days for any items that are not immediately available from stock.  We also ship worldwide.  Get in touch for quotations.  Unless otherwise specified, please assume the product shown is a paperback. Kindly check the ISBN number to confirm the specific edition. Images are for illustrative purposes only so if you require a specific edition for collection purposes please get in touch before placing an order. ​If you require item as a gift, please add a comment at checkout so that any price tags are removed.  Please note that in case of pre-orders, these will only be dispatched after publication date and may be subject to embargos set by the publisher.

bottom of page