top of page
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023

IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħol ippubblikat lokalment is-sena ta’ qabel. Il-finalisti u r-rebbieħa fil-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti u tal-Premju Terramaxka għat-tfal u ż-żgħażagħ huma magħżula minn bord indipendenti tal-aÄ¡Ä¡udikazzjoni skont għadd ta’ kriterji sabiex jiÄ¡i żgurat l-ogħla grad ta’ professjonalità u trasparenza.

Rebbieħa tal-Premju f'edizzjonijiet passati

Għażla ta' kotba li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fis-snin ta' qabel.

MARIA GRECH GANADO

L-Ewwel Poeta Lawreat ta’ Malta

Maria Grech Ganado, imwielda fl-1943, kienet l-ewwel mara Maltija li ħadmet bħala lettur full-time fl-Università ta’ Malta, fid-Dipartiment tal-Ingliż. Ippubblikat ħames Ä¡abriet ta’ poeżija bil-Malti: Iżda Mhux Biss (1999); Skond Eva (2001); Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005); Monografija (2010); Taħt il-Kpiepel t’Għajnejja (2014), u ħames Ä¡abriet bl-Ingliż: Ribcage (2003); Cracked Canvas (2005); Memory Rape (2005); Framed (2018); u The Bell (2023). Xogħolha nqaleb għall-FranÄ‹iż, għat-Taljan, għall-Ä ermaniż, għall-Grieg, għall-Ispanjol, għat-Tork, għall-Għarbi, għal-Litwan, għall-Finlandiż, għaÄ‹-ÄŠek, għall-Katalan, għall-Islovakk, għall-Ungeriż, għall-Olandiż, għall-Armen u għall-Esperanto. Grech Ganado ħadet ukoll il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika ta’ Malta fl-2000, u fl-2023 ingħatat Dottorat (Honoris Causa) mill-Università ta’ Malta għall-kontribut tagħha lil-Letteratura Maltija.

Maria Grech Ganado Poeta Lawreat
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Għażla ta' kotba tal-ewwel Poeta Lawreat ta' Malta

bottom of page