top of page
Għal dawk minna li x-xahar t’Awwissu huwa ekwivalenti għall-Festival, għal dawk minna li meta jasal il-Festival jiskru bih ġimgħa sħiħa, kull edizzjoni hija memorabbli bil-mod tagħha. Minkejja li għadu ftit kmieni, qed nantiċipaw li din l-edizzjoni se nibqgħu niftakruha għal diversi raġunijiet. Ewlenin fosthom hija l-pubblikazzjoni friskaxtaqt li kont merkurju, antoloġija li tiċċelebra l-poeżija u t-traduzzjoni li fil-Festival isiru l-lingwi tagħna.Dan il-ktieb jiġbor fih 122 poeżija li nqalbu għall-Malti fil-laboratorji ta’ traduzzjoni matul l-ewwel 16-il edizzjoni tal-Festival. Fih niltaqgħu max-xogħol ta’ 60 awtriċi u awtur, 25 traduttriċi u traduttur. It-titluxtaqt li kont merkurjuhuwa l-ewwel vers ta’ waħda mill-poeżiji fil-ġabra, u għażilnieh għax in-natura flessibbli u trasformattiva tal-merkurju, metall likwidu, tirrappreżenta l-flessibiltà meħtieġa fil-proċess tat-traduzzjoni letterarja u l-ħila trasformattiva tiegħu. Bħalma jikteb Adrian Grima fid-daħla ta’ dan il-ktieb, mhuwiex biss it-test oriġinali li “jinħoloq mill-ġdid, imma l-lingwa li biha ssir it-traduzzjoni”.Il-ħidma fuq dan il-proġett bdiet għadd ta’ snin ilu u r-riżultat huwa mertu ta’ ħafna iżjed idejn minn dawk li kienu involuti fl-aħħar fażi. Għalhekk kuntenti ħafna li f’din l-edizzjoni qed naqsmu din il-pubblikazzjoni magħkom, biex il-poeżiji li ngħataw libsa ġdida permezz tat-traduzzjoni issa tagħtuhom ħajja ġdida permezz tal-qari.

Xtaqt li kont merkurju

SKU: 9789993287070
€15.00Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Edited by


You might also be interested in reading ...

Please take a few seconds to read our terms of purchase We are a small indie bookshop with a small team of two people. Orders may thus take longer than from bigger online suppliers. Please allow a minimum of 15 to 20 working days for any items that are not immediately available from stock.  We also ship worldwide.  Get in touch for quotations.  Unless otherwise specified, please assume the product shown is a paperback. Kindly check the ISBN number to confirm the specific edition. Images are for illustrative purposes only so if you require a specific edition for collection purposes please get in touch before placing an order. ​If you require item as a gift, please add a comment at checkout so that any price tags are removed.  Please note that in case of pre-orders, these will only be dispatched after publication date and may be subject to embargos set by the publisher.

bottom of page